Liema awtorità hija kompetenti ?
Lil min irrid nindirizza ?

L-aħħar aġġornamenti: 10/1/2012

L-Ingilterra u Wales u l-Irlanda ta’ Fuq:

Jekk il-mejjet ikun ħatar eżekutur fit-testment tiegħu, ikun kompetenti li jamministra u jieħu ħsieb is-suċċessjoni. Fil-każ meta l-mejjet ma jkunx ħatar eżekutur, il-qorti tassenja amministratur billi ssegwi ġerarkija statutorja ta’ benefiċjarji. Kull adult li għandu kapaċità legali, inklużi eredi mingħajr wirt jew legatarji testamentari, jista’ jinħatar bħala eżekutur.

Ir-rappreżentant personali (eżekutur jew amministratur) ma jistax jaġixxi mingħajr ħatra ta’ rappreżentanza.
  • Il-ħatra ta’ rappreżentanza tissejjaħ ‘ħatra ta’ probate’ jekk l-eżekutur ikun inħatar mit-testatur fit-testment tiegħu.
  • Il-ħatra ta’ rappreżentanza tissejjaħ ‘ħatra ta’ amministrazzjoni’ jekk l-amministratur ikun inħatar mill-qorti tal-probate.
Il-ħatra ta’ rappreżentanza tista’ ssir mir-reġistru prinċipali f’Londra jew minn kwalunkwe reġistru ieħor tal-probate.

L-Iskozja:

Huma applikabbli l-istess regoli li jeżistu fl-Ingilterra, Wales u l-Irlanda ta’ Fuq huma applikabbli. Jekk ma jissemmix eżekutur-nominat fit-testment, il-qorti tax-xeriff taħtar eżekutur-dattiv skont ċerta ġerarkija statutorja. L-eżekutur jibda jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu mill-mument meta jkun ġie approvat mill-qorti tax-xeriff kompetenti.