Kemm irrid inħallas taxxa tas-suċċessjoni ?
L-aħħar aġġornamenti: 10/1/2012
Liema akkwisti jaqgħu taħt it-taxxa fuq is-suċċessjoni tar-Renju Unit?
Il-wirt hu taxxabbli taħt l-Att dwar it-Taxxa fuq il-Wirt tal-1984
- għall-proprjetà kollha, jekk il-mejjet kellu l-post ta’ residenza tiegħu fir-Renju Unit fiż-żmien ta’ mewtu jew sa tliet snin qabel il-mewt.
- Jekk il-mejjet kellu l-post tar-residenza tiegħu barra r-Renju Unit, il-proprjetà tal-mejjet barra r-Renju Unit hi eskluża mit-taxxa Brittanika fuq il-wirt– irrispettivament mill-post ta’ fejn ikun qed jgħix min qed jakkwista.
Liema limitu ta’ valur hu ħieles mit-taxxa?
Taħt l-Att dwar it-Taxxa fuq il-Wirt tal-1984, għall-proprjetà kollha tal-mejjet, £ 325 000 huma eżentati mit-taxxa (mis-6 t’April 2009) – irrespettivament minn jekk il-proprjetà taqax fuq persuna waħda jew iżjed u irrispettivament mir-relazzjoni bejn il-mejjet u l-benefiċjarji.
It-trasferimenti favur il-konjuġi jew il-partner ċivili tal-mejjet (jew ta’ min jittrasferixxi) huma kompletament eżentati mit-taxxa. Madankollu jekk, minnufih qabel it-trasferiment, min jittrasferixxi iżda mhux il-konjuġi jew il-partner ċivili tiegħu, ikun domiċiljat fir-Renju Unit, £ 55 000 biss ikunu eżentati mit-taxxa.
Kemm hi r-rata tat-taxxa?
L-eċċess, li jaqbeż il-limiti ta’ valur imsemmija, hu taxxabbli bir-rata ta’ 40 % (mis-6 t’April 2009).


