Liema hi l-liġi applikabbli ? Nista’ nagħżel liema liġi tapplika għas-suċċessjoni tiegħi ?
L-aħħar aġġornamenti: 10/1/2012
Il-liġi applikabbli għas-suċċessjoni tiegħi hija teoretikament determinata min-nazzjonalità tal-mejjet, kemm għall-beni immobbli kif ukoll għall-mobbli. Il-liġi Żvediża ma tipprevedix l-għażla tal-liġi applikabbli.
Eċċezzjoni għaċ-ċittadini tal-Pajjiżi Nordiċi
L-applikabbiltà tal-liġi tan-nazzjonalità hija limitata f’relazzjoni ma’ ċerti pajjiżi. Fil-fatt, għaċ-ċittadini ta’ pajiż membru tal-Konvenzjoni Nordika fuq il-liġi applikabbli għas-suċċessjonijiet ġejjin mill-mewt (id-Danimarka, il-Finlandja, l-Iżlanda, in-Norveġja, l-Iżvezja), mhijiex in-nazzjonalità li tiddetermina l-liġi applikabbli, iżda, b’regola ġenerali, il-pajjiż fejn il-mejjet kellu r-residenza ordinarja tiegħu fil-mument tal-mewt.


