Min jiret u kemm fin –nuqqas ta’ testment ?
L-aħħar aġġornamenti: 10/1/2012
Fin-nuqqas ta’ testment, kemm il-Kodiċi Ċivili, u kemm il-liġijiet speċifiċi tal-komunitajiet awtonomi (fil-każ ta’ Aragona, il-Baleariċi, il-Katalunja, il-Galizja, Navarra u l-pajjiżi Baski) jiddefinixxu l-prinċipji li japplikaw għall-każijiet differenti li jdhru hawn taħt.
L-eżempji li jdhru jikkorrispondu għar-Regolamentazzjoni tal-Kodiċi Ċivili.
- Jekk il-mejjet ma kienx miżżewweġ, mingħajr ulied, jirtu l-ġenituri. Fin-nuqqas tal-ġenituri, l-aħwa ; fin-nuqqas, in-neputijiet ; fin-nuqqas, il-kuġini ; u fin-nuqqas, l-Istat.
- Jekk il-mejjet ma kienx miżżewweġ u ħalla l-ulied, dawn tal-aħħar isiru l-werrieta f’ishma indaqs.
- Jekk il-mejjet iħalli l-konjuġi, iżda ma jħallix tfal, il-konjuġi superstiti jsir il-werriet fin-nuqqas tad-dixxendenti u l-axxendenti tal-mejjet.
- Jekk il-mejjet iħalli l-konjuġi u l-ulied, dawn tal-aħħar isiru l-werrieta f’ishma indaqs. Iżda, barra minn hekk, il-konjuġi superstitijieħu l-użufrutt b’1/3 mis-suċċessjoni. L-ulied jirtu l-bqija f’partijiet indaqs. Il-parti tal-wild li jkun miet qabel tiġi devoluta lid-dixxendenti tiegħu (rappreżentazzjoni).
*Il-partners f’ partnership irreġistrata jew mhux irreġistrata għandhom dritt għas-suċċessjoni ?*
Partnership irreġistrata mhix suġġetta għar-regolamentazzjoni unitarja fi Spanja. Kull komunità awtonoma għandha r-regolamentazzjoni tagħha, li jista’ jkollha effetti amministrattivi sal-għarfien sħiħ mil-liġi u jkollha l-istess effetti u l-istess dritt sueċċessorjali daqs il-konjuġi tal-istess stess (il-Katalunja).
Is-sieħeb ta’ sħubija mhux reġistrata jista’ jsir werriet biss jekk dan ikun previst f’testment.


