Limiti għal-libertà li wieħed jiddisponi minn ġidu b’testment (ishma riservati)

L-aħħar aġġornamenti: 10/1/2012

Parti mis-suċċessjoni hija riservata għad-dixxendenti tal-mejjet. Dan is-sehem riservat jitla’ għal nofs il-parti mis-suċċessjoni legali tal-werriet riservatarju kkonċernat. Fil-preżenza tad-dixxendenti minuri, is-sehem riservat tagħhom jitla’ għall-valur sħiħ tal-parti tas-suċċessjoni legali tagħhom. Eredi obbligatorju huwa eredi statutorju, u jekk it-testment jopponi dan, ma jkunx validu f’din il-parti sabiex id-dixxendenti speċifikati ma jiġux imċaħħda mill-wirt. Iżda n-nuqqas ta’ validità tat-testment huwa relattiv, jiġifieri l-qorti tista’ tikkunsidrah biss jekk eredi statutorju jinvokah fil-proċedimenti tas-suċċessjoni. Jekk dan l-eredi ma kienx parti mill-proċeduri dwar il-wirt, huwa jkun jista’ jinvoka d-dritt tiegħu fi proċeduri tal-qorti ċivili matul perjodu ta’ tliet snin.