Meta u kif wieħed isir werriet ?

L-aħħar aġġornamenti: 10/1/2012

Skont is-sistema legali tar-Repubblika Slovakka, il-wirt jinkiseb mal-mewt tat-testatur. Iżda ħadd ma jista’ jikseb wirt b’mod arbitrarju. Għalhekk formalment eredi jista’ biss jieħu pussess ta’ wirt wara t-tmiem validu tal-proċeduri dwar il-wirt. Nutar iwettaq il-proċeduri kollha dwar il-wirt, li jikkostitwixxu azzjoni ġudizzjarja, u jwettaqhom skont l-awtorizzazzjoni tal-qorti u f’isem il-qorti. Il-proċeduri dwar il-wirt jintemmu bil-ħruġ ta’ Ċertifikat ta’ Wirt. Iżda fi żmien 15-il ġurnata minn meta jirċievi ċertifikat tal-wirt parteċipant jista’ jsaqsi l-qorti sabiex jitkomplew il-proċeduri ta’ suċċessjoni. Jekk it-talba ma tiġix sottomessa fil-ħin, iċ-ċertifikat tal-wirt jikseb l-effetti ta’ riżoluzzjoni valida dwar il-wirt. Ċertifikat ta’ wirt jitlef il-validità tiegħu f’każ ta’ talba li tiġi sottomessa fil-ħin, u l-qorti tkompli bl-azzjoni, u tinjora l-ħruġ tiegħu.
Fir-rigward tal-proprjetà immobbli li tkun is-suġġett tal-wirt, dawn id-dokumenti jikkostitwixxu l-bażi għar-reġistrazzjoni tal-bidla fid-dritt tal-pussess fir-reġistru kadastrali tal-proprjetà immobbli li permezz tagħha jiġi ddikjarat it-trasferiment legali jew id-drittijiet għall-eredi mal-mewt tat-testatur.
L-aċċettazzjoni espressa tas-suċċessjoni mhix meħtieġa. Is-suċċessjoni taqa’ fuq il-werriet saħansitra mingħajr dikjarazzjoni tal-aċċettazjoni, fin-nuqqas tar-rinunzja sal-iskadenza stipulata.