Liema hi l-liġi applikabbli ? Nista’ nagħżel liema liġi tapplika għas-suċċessjoni tiegħi ?
L-aħħar aġġornamenti: 10/1/2012
Il-liġi applikabbli għas-suċċessjoni hi teoretikament il-liġi tal-pajjiż li tiegħu il-mejjet kien ċittadin, fil-mument tal-mewt tiegħu. Il-liġi Portugiża ma tippermettix deroga għal din il-liġi, b’mod li wieħed ma jistax jagħżel il-liġi applikabbli għas-suċċessjoni tiegħu. Jekk il-mejjet kien ta’ nazzjonalità Portugiża, allura tapplika l-liġi Portugiża. Kieku kellu nazzjonalità oħra, ikun hemm lok li tiġi vverifikata liema liġi tkun tapplika mill-pajjiż oriġinali tiegħu. Din il-liġi tkun tapplika teoretikament fil-Portugall, iżda wieħed irid dejjem jivverifika r-regoli ta’ differiment tal-liġi internazzjonali privata Portugiża.


