Liema awtorità hija kompetenti ?
Lil min irrid nindirizza ?

L-aħħar aġġornamenti: 10/1/2012

L-awtoritajiet ġudizzjarji huma kompetenti għas-suċċessjonijiet litiġjużi. In-nutara u r-Reġistru Ċivili (“Registo civil”) huma kompetenti għas-suċċessjonijiet li mhumiex litiġjużi. It-tribunal tal-ppost tal-ftuħ tas-suċċessjoni huwa kompetenti għal kwalunkwe talba fir-rigward suċċessorjali. Fil-każ fejn il-post tal-ftuħ tas-suċċessjoni jinsab barra mill-pajjiż, wieħed irid jikkunsidra s-sitwazzjonijiet li ġejjin:

  • Jekk il-mejjet ikun ħalla l-proprjetà tal-beni immobbli fil-Portugall, it-tribunal fejn jinsabu l-beni immobbli jew il-biċċa l-kbira tal-beni immobbli huwa kompetenti. Jekk ma ħalliex beni immobbli, it-tribunal fejn jinsabu l-biċċa l-kbira tal-mobbli huwa kompetenti ;
  • Jekk il-mejjet ma ħalliex beni fil-Portugall it-tribunal ta’ fejn kellu l-indirizz il-mejjet huwa kompetenti.

In-nutar – kif ukoll ir-Reġistru ċivili (“Registo civil”) – huwa kompetenti biex jistabbilixxi ċ-ċertifikat tal-wirt li fih in-nutar jiċċertifika l-identità tal-persuni msejħa biex jirċievu s-suċċessjoni, u dan partikularment fil-preżenza ta’ kuntratt taż-żwieġ jew testment.

Mit-18 ta’ Jannar 2010, in-nutara u r-Reġistri (Liġi 29/2009, tad-29/6) huma kompetenti għal kwalunkwe talba fir-rigward suċċessorjali.
regarding successions.