Limiti għal-libertà li wieħed jiddisponi minn ġidu b’testment (ishma riservati)
L-aħħar aġġornamenti: 10/1/2012
Il-liġi Maltija tipprovdi d-dritt għal sehem riservat (jiġifieri, sehem tal-patrimonju, anke jekk it-testatur ikun iddispona mod ieħor) għall-benefiċċju tal-konjuġi u d-dixxendenti tal-mejjet (it-tfal tiegħu jew, fil-każ fejn it-tfal ikunu diġà mietu, in-neputijiet).
It-tfal jirċievu terz tal-patrimonju. Fil-każ meta l-mejjet iħalli ħamest itfal jew iżjed, is-sehem riservat tagħhom jammonta għal nofs is-suċċessjoni.
Flimkien mad-dixxendenti tal-mejjet, il-konjuġi superstiti jirċievi kwart tas-suċċessjoni. Fin-nuqqas ta’ dixxendenti tal-mejjet, il-konjuġi superstiti jirċievi terz tas-suċċessjoni.


