Suċċessjonijiet f’Malta
L-aħħar aġġornamenti: 10/1/2012
-
Liema awtorità hija kompetenti ?
Lil min irrid nindirizza ?Hawnhekk se ssib l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tkun taf liema awtorità (tribunal, nutar, eċċ.) se tieħu ħsieb il-proċedura tas-suċċessjoni. Ir-regoli differenti tal-kompetenza huma ppreżentati hawn fid-dettal. Din it-taqsima tkopri wkoll mistoqsijiet dwar in-nazzjonalità barranija, kif ukoll id-divoluzzjoni tal-beni li jinsabu barra l-pajjiż.
-
Liema hi l-liġi applikabbli ? Nista’ nagħżel liema liġi tapplika għas-suċċessjoni tiegħi ?
Hawnhekk se ssib l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tkun taf liema liġi tapplika għas-suċċessjoni li tinvolvi elementi transkonfinali. Il-liġi tan-nazzjonalità tal-mejjet tkun applikabbli ? Jew tapplika iktar dik ta’ fejn hem mir-residenza tal-mejjet ? Huwa possibbli tagħżel il-liġi applikabbli għas-suċċessjoni tiegħek ? Fil-każ ta’ sitwazzjoni transkonfinali, se ssib ukoll l-ispjegazzjonijiet kollha meħtieġa li jirrigwardaw ir-regoli ta’ kunflitt tal-liġijiet.
-
Min jiret u kemm fin –nuqqas ta’ testment ?
Hawnhekk se ssib l-informazzjoni kollha rilevanti li tikkonċerna d-divoluzzjoni tal-partijiet tas-suċċessjoni legali. B’mod Partikolari, se jiġi spjegat min jiret u kemm fin-nuqqas ta’ testment. Fl-aħħarnett, fil-każ ta’ partnership irreġistrata jew ta’ unjoni de facto, f’dan il-kapitolu se ssib informazzjoni fuq id-drittijiet tal-partner superstiti.
-
Limiti għal-libertà li wieħed jiddisponi minn ġidu b’testment (ishma riservati)
Is-sehem riservat jikkorrispondi għall-parti tas-suċċessjoni, li l-mejjet ma jistax jiċħadha lil ċerti werrieta tiegħu. F’dan il-kapitolu se ssitb l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tkun taf liema werrieta għandhom id-dritt għal dan is-sehem u kemm jistgħu jivvalutaw dan id-dritt. Fl-aħħarnett, se jiġi indikat ukoll jekk u kif il-werriet jistax jirrinunzja għas-sehem riservat tiegħu.
-
Kif jiġi stabbilit testment u nista’ nirreġistrah ?
Hawnhekk se ssib l-informazzjoni kollha meħtieġa li tikkonċerna l-forom differenti ta’ testmenti u l-kundizzjonijiet tal-validità tagħhom f’dik li hi firma u forma. Se jiġi indikat ukoll jekk hux possibbli li tirreġistra t-testment tiegħek u taħt liema entità.
-
Meta u kif wieħed isir werriet ?
Hawnhekk se ssib l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar l-iżvolġiment tad-divoluzzjoni tas-suċċessjoni. Dan il-kapitolu jipproponi li jwieġeb għall-mistoqsijiet li ġejjin : Kif inhi introdotta ’l-proċedura tas-suċċessjoni‘ ? B’liema mod tiġi vverifikata l-kwalità ta’ werriet ? Teżisti sistema ta’ amministrazzjoni tas-suċċessjoni ? Se jissemma’ wkoll jekk jisirx inventarju tal-patrimonju tal-mejjet. Fl-aħħarnett, se ssib informazzjoni rigward ir-responsabbiltà tal-werrieta u tal-ko-eredi fir-rigward tad-djun tal-mejjet.
-
Kemm irrid inħallas taxxa tas-suċċessjoni ?
Hawnhekk se ssib l-informazzjoni dwar it-taxxa li tirrigwarda s-suċċessjoni fis-seħħ fil-pajjiż ikkonċernat.
This interactive map is only visible when the flash v8 plugin is installed & javascript is enabled.


