Limiti għal-libertà li wieħed jiddisponi minn ġidu b’testment (ishma riservati)
L-aħħar aġġornamenti: 10/1/2012
Skont il-liġi tal-Lussemburgu, id-dixxendenti tal-mejjet biss (ulied jew –jekk l-ulied ikunu mietu qabel– uliedhom) għandhom dritt għas-sehem riservat, iżda mhux il-konjuġi u lanqas l-axxendenti.
Is-sehem riservat, li jillimita l-libertà għat-testment, jogħla għal nofs il-parti tas-suċċessjoni legali jekk il-mejjet iħalli wild wieħed biss, sa 2/3 tas-suċċessjoni jekk iħalli żewġ ulied u sa 3/4 tas-suċċessjoni jekk iiħalli tliet ulied jew iktar.
Il-werriet riservatarju ma jistax jirrinunzja għas-sehem riservat qabel il-mewt tal-mejjet.


