Min jiret u kemm fin –nuqqas ta’ testment ?

L-aħħar aġġornamenti: 10/1/2012

Fin-nuqqas ta’ testment, il-prinċipji li ġejjin japplikaw għall-każijiet differenti, bħal pereżempju :

  • Jekk il-mejjet ma kienx miżżewweġ u mingħajr ulied, il-ġenituri jirċievu kwart kull wieħed u l-bqija jinqasam bejn l-aħwa. Fin-nuqqas tal-aħwa, is-suċċessjoni kollha tmur għand il-ġenituri. Fin-nuqqas tal-ġenituri, is-suċċessjoni kollha tmur għand l-aħwa, jekk le, u fin-nuqqas tal-qraba kollaterali privileġġjati, in-nofs imur għand l-axxendenti ta’ kull linja jew għand qraba kollaterali oħrajn l-iktar qrib ta’ kull linja.
  • Jekk il-mejjet, mingħajr l-konjuġi, iħalli l-ulied, dawn jaqsmu s-suċċessjoni f’partijiet indaqs.
  • Jekk il-mejjet iħalli l-konjuġi, dan isir l-uniku werriet fin-nuqqas tad-dixxendenti fil-linja diretta.
  • Jekk il-mejjet iħalli l-konjuġi u l-ulied, allura l-konjuġi jista’ jagħżel bejn l-użufrutt tal-beni immobbli li huwa komuni bħala post ta’ residenza u l-mobbli ta’ ġo fih jew parti ndaqs għal dik tal-ulied fi proprjetà assoluta bi kwart bħala minimu. Il-bqija jinqasam f’partijiet indaqs bejn l-ulied.

Il-partners f’partnership irreġistrata jew mhux irreġistrata għandhom dritt għas-suċċessjoni ?

Il-partnership ċivili tista’ tiġi miftiehma bejn żewġ persuni tal-istess sess jew tas-sess oppost. Il-liġi tal-Lussemburgu ma tagħtix dritt ta’ suċċessjoni awtomatiku lil-partner superstiti ta’ partnership ċivili rreġistrata.

Madankollu, fil-każ ta’ mewt ta’ wieħed mill-partners, il-partner superstiti jiret biss f’każ li t-testment jipprevedi dan.

Il-partner superstiti ta’ unjoni libera m;għandu l-ebda dritt ta’ suċċessjoni. Jiret biss jekk ikunu saru d-dispożizzjonijiet testamentari meħtieġa.