Meta u kif wieħed isir werriet ?

L-aħħar aġġornamenti: 10/1/2012

Mal-ftuħ tas-suċċessjoni (mal-mewt), il-proprjetà tas-suċċessjoni (tal-patrimonju tal-mejjet) taqa’ direttament fuq il-werriet. Il-persuna li għandha d-dritt li tiret tista’ tiddikkjara r-rinunzja tagħha għas-suċċessjoni fit-tribunal tad-dipartiment tal-aħħar indirizz li kellu l-mejjet.

Teoretikament, il-werriet huwa responsabbli għad-djun tal-mejjet. Madankollu, il-werriet jista’ jillimita r-responsabbiltà tiegħu billi jaċċetta s-suċċessjoni taħt il-benefiċċju tal-inventarju. Il-ko-eredi jieħdu d-djun tas-suċċessjoni proporzjonalment skont il-valur tal-parti tas-suċċessjoni tagħhom.