Kemm irrid inħallas taxxa tas-suċċessjoni ?
L-aħħar aġġornamenti: 10/1/2012
It-taxxa hi definita bil-liġi tat-taxxa fuq il-wirt.
It-taxxa għandha tiġi kkalkulata bħala perċentwal tal-valur taxxabbli tal-proprjetà li ntirtet bl-applikazzjoni tar-rati li ġejjin:
- jekk il-valur taxxabbli tal-proprjetà li ntirtet ma jaqbiżx LTL 0.5 million – 5 fil-mija;
- jekk il-valur taxxabbli tal-proprjetà li ntirtet jaqbeż LTL 0.5 million – 10 fil-mija.
Il-proprjetà li ġejja għandha tkun eżentata mit-taxxa:
- il-proprjetà li ntirtet minn konjuġi mal-mewt tal-konjuġi l-ieħor;
- il-proprjetà li ntirtet mit-tfal (tfal adottati), ġenituri (ġenituri adottivi), gwardjani (li għandhom kustodja), tfal taħt il-kura tal-mejjet, nanniet, neputijiet, aħwa;
- il-valur taxxabbli tal-proprjetà li ntirtet li ma jaqbiżx LTL 10 000.


