Min jiret u kemm fin –nuqqas ta’ testment ?

L-aħħar aġġornamenti: 10/1/2012

  • Il-mejjet ma kienx miżżewweġ u ma kellux tfal: jirtu dawn li ġejjin: il-ġenituri tal-mejjet jew il-ġenituri adottivi, in-nanniet tal-mejjet kemm min-naħa tal-missier u kif ukoll tal-omm. Dawn li ġejjin jirtu fin-nuqqas ta’ eredi ta’ grad superjuri jew f’każ ta’ rinunzja tas-suċċessjoni minn dawn tal-aħħar jew tiċħid tad-dritt tas-suċċessjoni: l-aħwa tal-mejjet, il-bużnanniet kemm min-naħa tal-missier u kif ukoll tal-omm, tfal tal-aħwa tal-mejjet (neputijiet), u bl-istess mod aħwa tal-ġenituri tal-mejjet (zijiet), tfal tal-aħwa tal-ġenituri tal-mejjet (kuġini). In-nanniet tal-mejjet għandhom jirtu permezz tal-liġi fin-nuqqas tal-ġenituri biss, jew f’każ tan-nuqqas ta’ aċċettanza jew rinunzja tas-suċċessjoni ta’ dawn tal-aħħar, u bl-istess mod meta l-ġenituri tal-mejjet huma mċaħħda mid-dritt tal-wirt.
  • Il-mejjet ma kienx miżżewweġ u jħalli t-tfal: it-tfal tal-mejjet (inklużi tfal adottati) u t-tfal tal-mejjet imwielda wara l-mewt tiegħu jirtu f’ishma indaqs.
  • Il-mejjet iħalli l-konjuġi u l-ebda tfal: il-konjuġi superstiti jiret mal-eredi fit-tieni grad (ġenituri tal-mejjet (ġenituri adottivi)), u jkun intitolat għal nofs il-wirt.

  • Il-mejjet iħalli l-konjuġi u t-tfal: il-konjuġi superstiti jiret flimkien mat-tfal tal-mejjet (tfal adottati) u t-tfal tal-mejjet imwielda wara l-mewt tiegħu, u għandu jiret kwart tas-suċċessjoni f’każ ta’ eżistenza ta’ mhux iżjed minn tliet eredi. F’każ li jkun hemm iżjed minn tliet eredi, il-konjuġi għandu jiret f’ishma indaqs mat-tfal tal-mejjet (tfal adottati) u t-tfal tal-mejjet imwielda wara l-mewt tiegħu.

It-tfal jirtu dak li jifdal b’mod ugwali. Is-sehem ta’ wild li jkun miet diġà jaqa’ fuq id-dixxendenti per stirpes (rappreżentanza).

Is-sħab fi sħubija rreġistrata jew mhux irreġistrata jirtu?

Sħubija rreġistrata hi rregolata skont il-Kodiċi Ċivili tar-Repubblika tal-Litwanja. Madankollu dawn ir-regoli legali għadhom m’humiex fis-seħħ u għaldaqstant sħubija m’għandhiex effetti legali.

Xi drittijiet ta’ wirt għandu s-sieħeb/sieħba superstiti ta’ sħubija rreġistrata jew mhux irreġistrata?

Is-sieħeb/sieħba superstiti m’għandux drittijiet ta’ wirt bis-suċċessjoni mingħajr testment. Madankollu, sieħeb/sieħba jista’ biss isir eredi jekk dan ikun provdut f’testment.