Liema awtorità hija kompetenti ?
Lil min irrid nindirizza ?
L-aħħar aġġornamenti: 10/1/2012
Is-suċċessjoni taqa’ fuq l-eredi permezz ta’ proċedura speċjali. Taqa’ fuq l-eredi, jekk jaċċetta s-suċċessjoni fil-limitu ta’ żmien stipulat. Dan il-limitu ta’ żmien għall-aċċettazzjoni jew ir-rinunzja tas-suċċessjoni hu ta’ sena, jekk it-testatur jew in-nutar tal-liġi ċivili ma jkunux speċifikaw mod ieħor, mill-mument meta l-eredi jkun ġie infurmat bil-mewt u bil-pożizzjoni tiegħu bħala eredi. Għandu jiġi kkuntattjat nutar tal-liġi ċivili.
In-nutar tal-liġi ċivili għandu jiġi kkuntattjat ukoll biex jirċievi ċ-ċertifikat tal-wirt.


