Min jiret u kemm fin –nuqqas ta’ testment ?

L-aħħar aġġornamenti: 10/1/2012

Fin-nuqqas ta’ testment, japplikaw il-prinċipji li ġejjin għal diversi xenarji, pereżempju:

  • Il-mejjet ma kienx miżżewweġ u ma kellux tfal: l-axxendenti u l-aħwa tal-mejjet isiru eredi.
  • Il-mejjet ma kienx miżżewweġ u jħalli t-tfal: it-tfal biss isiru eredi
  • Il-mejjet iħalli l-konjuġi: il-konjuġi superstiti jsir l-uniku eredi, fin-nuqqas ta’ dixxendenti jew axxendenti u aħwa tal-mejjet u dixxendenti tal-aħwa.
  • Il-mejjet iħalli l-konjuġi u t-tfal: Il-konjuġi superstiti jkun il-koeredi flimkien mat-tfal. L-ammont tas-sehem tiegħu jiddependi wkoll fuq ir-reġim ta’ proprjetà matrimonali, jiġifieri, ir-reġim tar-relazzjonijiet tal-proprjetà bejn il-miżżewġin. F’każ li l-mejjet iħalli konjuġi li miegħu jkun għex taħt ir-reġim legali tal-komunjoni tal-akkwisti li tinkludi biss il-proprjetà miksuba wara ż-żwieġ, il-konjuġi superstiti fil-bidu jirċievi nofs l-assi miksuba b’mod konġunt taħt ir-reġim matrimonjali. In-nofs l-ieħor tal-assi miżmuma b’mod konġunt imorru fil-patrimonju nett. Sehem ugwali tal-patrimonju nett imur għand l-eredi. Jekk il-mejjet ikollu iżjed minn erbat itfal, il-konjuġi jirċievi kwart mis-suċċessjoni, u l-bqija tinqasam b’mod ugwali fost it-tfal.

Is-sehem ta’ wild li jkun miet diġà jmur għand id-dixxendenti tiegħu per stirpes (rappreżentanza).

Is-sħab fi sħubija rreġistrata jew mhux irreġistrata jirtu?

Il-liġi Latvjana ma tagħtix drittijiet ta’ wirt awtomatiku lis-sieħeb/sieħba superstiti ta’ sħubija taħt il-liġi komuni. Dan isir eredi biss meta testment ikun jipprovdi hekk.
M’hemmx mod ieħor differenti kif tipproteġi s-sieħeb/sieħba.
Sħubiji rreġistrati ma jeżistux fil-Latvja.