Liema hi l-liġi applikabbli ? Nista’ nagħżel liema liġi tapplika għas-suċċessjoni tiegħi ?

L-aħħar aġġornamenti: 10/1/2012

Dan jiddependi min-nazzjonalità tal-mejjet. Fil-fatt, il-liġi applikabbli għas-suċċessjoni hija l-liġi tal-pajjiż fejn il-mejjet, fil-mument tal-mewt, kien ċittadin. Il-liġi Taljana tippermetti d-deroga għal din il-liġi u għalhekk it-testatur jista’ jagħżel il-liġi tal-Istat fejn għandu r-residenza sabiex tirregola s-suċċessjoni tiegħu.