Liema awtorità hija kompetenti ?
Lil min irrid nindirizza ?
L-aħħar aġġornamenti: 10/1/2012
Is-suċċessjoni taqa’ fuq il-werriet mingħajr l-ebda proċedura partikolari u bil-kundizzjoni li dan tal-aħħar jaċċetta. L-aċċettazzjoni tista’ tkun espressa jew taċita (f’każ, pereżempju, fejn il-werriet għandu beni tas-suċċessjoni). L-aċċettazzjoni trid issir fi żmien għaxar snin.
L-aċċettazzjoni espressa tas-suċċessjoni ssir meta, f’att pubbliku jew att privat, il-persuna msejħa għas-suċċessjoni tiddikjara li taċċetta jew tieħu fuqha t-titolu ta’ werriet.
Skont il-liġi konsulari, l-awtorità konsulari tibgħat lill-awtoritajiet kompetenti d-dikjarazzjonijiet tal-aċċettazzjoni u ta’ rinunzja tas-suċċessjoni.


