Meta u kif wieħed isir werriet ?

L-aħħar aġġornamenti: 10/1/2012

Wieħed isir werriet biss bl-aċċettazzjoni, iżda wieħed isir werriet awtomatikament ħlief jekk ikun hemm rinunzja. Teoretikament, il-werriet huwa personalment responsabbli u b’mod illimitat għad-djun tal-mejjet. Madankollu, il-werriet jista’ jillimita r-responsabbiltà tiegħu billi jaċċetta s-suċċessjoni taħt il-benefiċċju ta’ inventarju. F’dan il-każ il-werriet irid jagħmel dikjarazzjoni quddiem in-nutar jew it-tribunal kompetenti. Il-ko-eredi jwieġbu għad-djun tas-suċċessjoni, proporzjonalment għall-valur tal-parti tas-suċċessjoni rispettiva tagħhom.