Liema hi l-liġi applikabbli ? Nista’ nagħżel liema liġi tapplika għas-suċċessjoni tiegħi ?

L-aħħar aġġornamenti: 10/1/2012

Is-suċċessjoni hi rregolata bil-liġi tal-istat li fih il-mejjet kellu d-‘domiċilju’ tiegħu fiż-żmien ta’ mewtu. Hu importanti li dan il-kunċett ma jiġix imfixkel ma’ dak ta’ ‘domiċilju’ skont it-tifsir tas-sistemi legali tal-Ewropa kontinentali, kif ukoll mal-kunċett ta’ ‘nazzjonalità’. Skont il-Liġi Komuni, ir-residenza attwali ta’ persuna hi inqas importanti; li hu deċiżiv, madankollu, hu l-konnessjoni ma’ ċerta sistema legali.

Madankollu, is-suċċessjoni fil-proprjetà immobbli hi rregolata bil-liġi tal-istat li fih tinsab il-porzjon tal-art rispettiva. It-testatur ma jistax jagħżel il-liġi applikabbli għas-suċċessjoni.