Kemm irrid inħallas taxxa tas-suċċessjoni ?
L-aħħar aġġornamenti: 10/1/2012
Ir-regoli dwar il-ħlas tat-taxxa tas-suċċessjoni huma definiti mill-Att dwar it-Taxxi. Dan l-Att jagħmel distinzjoni bejn tlett gruppi ta’ suċċessuri (Grupp 1 jinkludi l-konjuġi, l-ulied tar-raġel jew tal-mara minn żwieġ ta’ qabel, tfal li trabbew taħt kura foster tat-testatur) u minbarra dan, regoli differenti tat-taxxa huma marbuta ma’ proprjetà residenzjali u assi li jkunu soġġetti għal regoli oħrajn dwar it-taxxa tas-suċċessjoni. It-taxxa tas-suċċessjoni tista’ tiġi imposta bejn l-inqas valur ta’ 2.5% (li għandu jitħallas għal proprjetà residenzjali sa 18 miljun HUF) u l-ogħla valur ta’ 40% (li huwa marbut mal-wirt ta’ suċċessuri li jappartjenu għat-tielet grupp, minbarra f’każ ta’ proprjetajiet residenzjali fejn tkun tista’ tapplika taxxa favorevoli.
Dawk il-werrieta li jappartjenu għall-ewwel grupp igawdu minn eżenzjoni mit-taxxa tas-suċċessjoni sa’ limitu ta’ 20 miljun HUF. Il-qraba diretti tat-testatur – inkluża parentela bbażata fuq adozzjoni – igawdu minn eżenzjoni mit-taxxa tas-suċċessjoni sħiħa jkun xi jkun il-valur tal-proprjetà li jirtu.


