Min jiret u kemm fin –nuqqas ta’ testment ?

L-aħħar aġġornamenti: 10/1/2012

Fin-nuqqas ta’ testment, il-prinċipji li ġejjin japplikaw għal każijiet differenti, bħal pereżempju :

  • Jekk il-mejjet ma kienx miżżewweġ u mingħajr ulied, il-ġenituri (jew id-dixxendenti tagħhom) jirtu nofs għal kull linja (materna – paterna). Jekk ġenitur mejjet m’għandux dixxendenti, il-werriet ikun il-ġenitur l-ieħor, jew id-dixxendenti tiegħu.
  • Jekk il-mejjet, mingħajr konjuġi, iħalli l-ulied, dawn jirtu f’partijiet indaqs.
  • Jekk il-mejjet iħalli l-konjuġi, il-konjuġi mingħajr dixxendenti jiret il-proprjetà sħiħa tas-suċċessjoni kollha.
  • Jekk il-mejjet iħalli l-konjuġi u l-ulied, il-konjuġi jirċievi l-użufrutt tas-suċċessjoni kollha. Id-dixxendenti jew il-werrieta par la fente jieħdu l-proprjetà privata tas-suċċessjoni. L-użufrutt jitħassar mil-liġi, jekk il-konjuġi superstiti jerġa’ jiżżewweġ. Id-dixxendenti jistgħu jitolbu l-limitazzjoni tal-użufrutt. Il-konjuġi u l-werrieta kollha jistgħu jitolbu x-xiri mill-ġdid tal-użufrutt tal-konjuġi superstiti (ħlief l-użufrutt tal-bini tal-post ta’ residenza prinċipali u l-mobbli).

Il- partners f’partnership irreġistrata jew mhux irreġistrata għandhom dritt għas-suċċessjoni ?

L-aħħar tibdil fil-liġi tas-suċċessjonijiet poġġew lill- partners ta’ partnership irreġistrata bejn persuni tal-istess sess fl-istess statut ġuridiku li għandu l-konjuġi. Min-naħa l-oħra, il-liġi ma tirregolax is-suċċessjoni tal- partnership li mhix irreġistrata ; il-partner għalhekk ma jistax jiret.