Liema hi l-liġi applikabbli ? Nista’ nagħżel liema liġi tapplika għas-suċċessjoni tiegħi ?

L-aħħar aġġornamenti: 10/1/2012

Dan jiddependi min-nazzjonalità tal-mejjet. Fil-fatt, il-liġi applikabbli għas-suċċessjoni hija l-liġi tal-pajjiż fejn il-mejjet kien ċittadin fil-mument tal-mewt. Il-liġi Griega ma tippermettix deroga minn din il-liġi, b’mod li wieħed ma jistax jagħżel il-liġi applikabbli għas-suċċessjoni tiegħu.