Liema awtorità hija kompetenti ?
Lil min irrid nindirizza ?
L-aħħar aġġornamenti: 10/1/2012
Is-suċċessjoni tiġi devoluta lill-werriet mingħajr ebda proċedura partikulari. Hija tiġi devoluta lill-werriet anke mingħajr aċċettazzjoni, ħlief fil-każ li jkun hemm rinunzja saż-żmien stipulat. L-iskadenza legali għar-rinunzja hi ta’ erba’ xhur mill-mument li fih il-werriet isir jaf bil-mewt u bin-nomina tiegħu ta’ werriet, jew mill-pubblikazzjoni tat-testment mit-tribunal. Din l-iskadenza hi ta’ sena jekk il-werriet jgħix barra mill-pajjiż. It-testatur jew in-nutar ma jistgħux jistipulaw mod ieħor.
Mhuwiex meħtieġ li wieħed jistenni ż-żmien ta’ din l-iskadenza jgħaddi sabiex jipproċedi għad-devoluzzjoni tas-suċċessjoni. Jekk hemm il-proprjetà tal-beni immobbli involuta wieħed irid jikkuntattja s-servizzi fiskali.


