Min jiret u kemm fin –nuqqas ta’ testment ?
L-aħħar aġġornamenti: 10/1/2012
Fin-nuqqas ta’ testment, il-prinċipji li ġejjin japplikaw għall-każijiet differenti, bħal pereżempju :
- Il-mejjet ma jkunx miżżewweġ, mingħajr ulied : il-werreita jkunu il-ġenituri tal-mejjet flimkien mal-aħwa f’partijiet indaqs u kull wieħed. Jekk xi ħadd mill-aħwa jkun miet qabel, huwa jew hija jiġu rappreżentati mid-dixxendenti.
- Il-mejjet, mingħajr konjuġi, iħalli l-ulied : l-ulied jirtu it-totalità f’partijiet indaqs. Il-parti ta’ wild li jkun miet qabel tmur għand id-dixxendenti (rappreżentazzjoni).
- Il-mejjet iħalli l-konjuġi : le l-konjuġi superstiti jsir l-uniku werriet, fin-nuqqas tad-dixxendenti, il-ġenituri, in-nanniet u l-bużnanniet tal-mejjet u d-dixxendenti tagħhom.
- Il-mejjet iħalli l-konjuġi u l-ulied : il-konjuġi jirċievi kwart tas-suċċessjoni. It-tliet kwarti li jibqa’ jinqasmu f’partijiet indaqs bejn l-ulied.
Il- partners f’partnership irreġistrata jew mhux irreġistrata għandhom dritt għas-suċċessjoni ?
Il-liġi Griega tagħti d-dritt tas-suċċessjoni lill- partner superstiti ta’ partnership irreġistrata. Il- partnership ta’ partnership li mhix irreġistrata/ partnership de facto ma jistgħux jirtu ħlief fil-każ li t-testment jipprevedi għal dan.


