Liema hi l-liġi applikabbli ? Nista’ nagħżel liema liġi tapplika għas-suċċessjoni tiegħi ?
L-aħħar aġġornamenti: 10/1/2012
Bħala prinċipju, il-liġi applikabbli hija determinata min-nazzjonalità tal-mejjet. Jekk il-mejjet għandu ċittadinanza barranija, irid jiġi vverifikat liema liġi se tiġi applikata mill-pajjiż ta’ oriġini tiegħu; din il-liġi mbagħad tapplika ġewwa l-Ġermanja. Madankollu, it-trażmissjoni tas-suċċessjoni tal-proprjetà tal-beni mobbli li jinsabu f’pajjiż ieħor tista’ tiddependi mil-liġi ta’ dak l-Istat, jekk ikun il-każ.
Kull min għandu ċittadinanza barranija jista’ jagħżel il-liġi Ġermaniża bħala dik applikabbli għall-proprjetà tal-beni mobbli li jinsabu fil-Ġermanja. Madankollu, jekk il-bqija tal-massa tas-suċċessjoni (proprjetà ta’ beni mobbli barra mill-pajjiż, għamara) tiġi sottomessa għal sistema ġuridika oħra, ikun hemm “diviżjoni tas-suċċessjoni”.


