Kif jiġi stabbilit testment u nista’ nirreġistrah ?
L-aħħar aġġornamenti: 10/1/2012
Huwa possibbli li wieħed jistabbilixxi dispożizzjonijiet minħabba l-mewt fl-għamla ta’ testment, testment konġuntiv (riservat għall-miżżewġin u għall-partners irreġistrati tal-istess sess) jew kuntratt tal-wirt. It-testmenti jistgħu jitfasslu b’mod olografu jew jistgħu jintlaqgħu fl-għamla awtentika min-nutar. Fil-każ ta’ suċċessjonijiet internazzjonali, il-parir ta’ nutar huwa partikolarment importanti. Kuntratt tal-wirt għandu dejjem ikun suġġett għal awtentifikazzjoni notarili.
Il-liġi Ġermaniża tigarantixxi li t-testmenti milqugħa fl-għamla awtentika minn nutar u mressqa fi tribunal tas-suċċessjonijiet se jkunu miftuħa f’każ ta’ mewt meta tribunal Ġermaniż ikun kompetenti. Testment olografu ma jistax jitressaq fit-tribunal ħlief jekk il-mejjet ikun għamel it-talba biex iseħħ dan.


