Liema awtorità hija kompetenti ?
Lil min irrid nindirizza ?

L-aħħar aġġornamenti: 10/1/2012

Fil-preżenza ta’ bosta proprjetajiet ta’ beni immobbli, ir-Regolament tas-suċċessjoni jeħtieġ li wieħed imur għand nutar. Fin-nuqqas ta’ dawn il-beni, l-intervent tan-nutar huwa mandkollu rrakkomandat. Għalhekk huwa importanti li wieħed jindirizza nutar li jagħżel hu li jieħu ħsieb l-istadji differenti tal-proċedura tas-suċċessjoni :

L-ewwelnett, in-nutar jistabbilixxi lista tal-persuni msejħa biex jiġbru s-suċċessjoni, kif ukoll tad-drittijiet rispettivi tagħhom. In-nutar ifassal inventarju estimattiv tal-patrimonju tal-mejjet, u jelenka l-kontenut attiv tal-beni (kontijiet tal-bank, stocks u ishma, proprjetà mobbli, proprejtà immobbli) kif ukoll il-kontenut passiv magħmul mid-djun.

It-tieni nett, in-nutar jipprepara l-formalitajiet ipotekarji u fiskali marbutin mal-mewt : it-tfassil u l-pubblikazzjoni fl-uffiċju ipotekarju ta’ ċertifikat tal-proprjetà tal-beni immobbli ; l-abbozzar tad-dikjarazzjoni tas-suċċessjoni flimkien mal-ħlas tad-drittijiet għas-suċċessjoni, jekk ikun il-każ, mal-wasla tat-taxxa fi żmien sitt xhur wara l-mewt ; talba eventwali għall-ħlas tad-drittijiet iddiferit jew frazzjonat, eċċ.