Min jiret u kemm fin –nuqqas ta’ testment ?

L-aħħar aġġornamenti: 10/1/2012

  • Jekk il-mejjet iħalli l-konjuġi u l-ulied, id-dixxendenti jirċievu t-totalità tas-suċċessjoni. Il-konjuġi superstiti jista’ madankollu jżomm il-pussess sħiħ tal-beni tas-suċċessjoni tal-konjuġi tal-mejjet.
  • Jekk il-mejjet iħalli l-ulied, iżda ma jħallix konjuġi, l-ulied biss jirtu f’partijiet indaqs. Il-parti ta’ wild li jkun diġà miet taqa’ fuq id-dixxendenti (rappreżentazzjoni).
  • Jekk il-mejjet iħalli l-konjuġi iżda ma jħallix dixxendenti, il-konjuġi superstiti jirċievi t-totalità tas-suċċessjoni. Il-ġenituri tal-mejjet ma jirtux, bħala werrieta sussegwenti, ħlief wara l-mewt tal-konjuġi superstiti..
  • Il-partners f’partnership irreġistrata jew mhux irreġistrata għandhom dritt għas-suċċessjoni ?*

Iva, il-partners tal-istess sess ta’ partnership irreġistrata għandhom drittijiet ta’ suċċessjoni legali l-istess bħalma għandhom partners miżżewġa.