Liema hi l-liġi applikabbli ? Nista’ nagħżel liema liġi tapplika għas-suċċessjoni tiegħi ?

L-aħħar aġġornamenti: 10/1/2012

Dan jiddependi fuq il-post tar-residenza tal-mejjet. Fil-fatt, il-liġi applikabbli għas-suċċessjoni hi dik tal-pajjiż fejn il-mejjet kellu, fiż-żmien tal-mewt tiegħu, il-post tar-residenza abitwali (‘prinċipju tal-unità tas-suċċessjoni’).

Il-liġi Estonjana tippermetti wkoll l-għażla tal-liġi applikabbli għas-suċċessjoni. L-għażla tal-liġi hi, madankollu, limitata għal-liġi tal-istat li fih il-persuna għandha n-nazzjonalità. Barra minn hekk, din l-għażla ma testendix għal proprjetà immobbli.