Limiti għal-libertà li wieħed jiddisponi minn ġidu b’testment (ishma riservati)

L-aħħar aġġornamenti: 10/1/2012

Il-liġi Ċeka tagħti d-dritt ta’ sehem riservat għall-benefiċċju tad-dixxendenti tal-mejjet (uliedu jew – fil-każ fejn l-ulied ikunu mietu qabel – in-neputijiet tiegħu). La l-konjuġi superstiti u lanqs l-axxendenti m;għandhom dritt għal sehem riservat.

Is-sehem riservat jista’ jitla’ għal totalità tas-suċċessjoni fil-każ fejn il-mejjet ma kienx miżżewweġ u ħalla wild minuri. Il-valur tas-sehem riservat ivarja skont l-età tal-benefiċjarju tiegħu (minuri/adult) u skont l-għadd ta’ werrieta.

Il-benefiċjarji tas-sehem riservat ma jistgħux jirrinunzjaw għalih. Teżisti biss il-possibbiltà li wieħed jaċċetta jew jirrinunzja għat-totalità tas-suċċessjoni. Iżda fil-qafas tal-patt tas-suċċessjoni bejn il-werrieta, il-benefiċjarju tas-sehem riservat jista’ jagħti l-ftehim tiegħu biex jikseb inqas mill-massa tas-suċċessjoni milli kieku kien jieħu mis-sehem riservat.