Liema hi l-liġi applikabbli ? Nista’ nagħżel liema liġi tapplika għas-suċċessjoni tiegħi ?

L-aħħar aġġornamenti: 10/1/2012

Dan jiddependi fuq il-post tar-residenza tal-mejjet. Il-liġi applikabbli għas-suċċessjoni hi l-liġi tal-pajjiż li fih il-mejjet kellu, fiż-żmien ta’ mewtu, il-post tar-residenza tiegħu taħt il-Liġi Komuni. Hu importanti li dan il-kunċett ma jiġix imfixkel ma’ dak tad-‘domiċilju’ skont it-tifsir tas-sistemi legali tal-Ewropa kontinentali, kif ukoll mal-kunċett tan-‘nazzjonalità’. Skont il-Liġi Komuni, ir-residenza attwali ta’ persuna hi inqas importanti; li hu deċiżiv, madankollu, hu l-konnessjoni ma’ ċerta sistema legali. Għaldaqstant, id-‘domiċilju’ skont it-tifsir tal-Liġi Komuni, ikun (għadu) ma ġiex stabbilit wara biss ftit ta’ snin ta’ residenza f’Ċipru.

Il-liġi Ċiprijotta ma tippermetti l-ebda eċċezzjoni għal din il-liġi, fis-sens li wieħed ma jistax jagħżel il-liġi applikabbli għas-suċċessjoni. Il-liġi Ċiprijotta tapplika wkoll għal oġġetti mobbli f’Ċipru, irrispettivament mill-post ta’ residenza tal-mejjet. Teżisti eċċezzjoni waħda għal proprjetà immobbli. Din hi suġġetta għal-liġi tal-pajjiż fejn tinsab.