Limiti għal-libertà li wieħed jiddisponi minn ġidu b’testment (ishma riservati)

L-aħħar aġġornamenti: 10/1/2012

Taħt il-liġi Ċiprijotta, il-ġenituri, il-konjuġi u d-dixxendenti tal-mejjet huma eredi obbligatorji (i.e. jirtu anke jekk it-testatur ikun iddeċieda mod ieħor).

  • Meta l-mejjet iħalli dixxendenti u konjuġi, il-konjuġi u t-tfal (jew id-dixxendenti ta’ tfal li jkunu mietu qabel) huma eredi obbligatorji ta’ ¾ tal-proprjetà.
  • Meta l-mejjet ma jħalli l-ebda dixxendenti, iżda biss konjuġi u/jew ġenitur, il-ġenituri u l-konjuġi huma eredi obbligatorji ta’ nofs il-proprjetà.

Fost l-eredi obbligatorji, il-proprjetà tinqasam skont ir-regoli tal-wirt mingħajr testment.

Is-sehem riservat japplika b’mod sħiħ, jekk il-mejjet kien ċittadin ta’ Ċipru.

  • Jekk il-mejjet jew missieru ikunu twieldu fir-Renju Unit tal-Gran Brettanja u l-Irlanda ta’ Fuq, jew f’pajjiż ieħor tal- Commonwealth, jista’ jiddisponi liberalment mill-proprjetà kollha tiegħu b’testment.
  • Iċ-ċittadini ta’ pajjiżi oħra huma ħielsa li jiddisponu minn proprjetà mobbli; madankollu l-porzjon statutorju japplika għall-proprjetà immobbli f’Ċipru.