Meta u kif wieħed isir werriet ?

L-aħħar aġġornamenti: 10/1/2012

Is-setgħa li wieħed jiddisponi minn proprjetà qiegħda f’idejn amministratur maħtur mill-mejjet f’testment (‘eżekutur’). Fin-nuqqas ta’ amministratur, taħtar wieħed il-qorti (qorti tal-probate). L-amministratur maħtur mill-qorti ikun normalment il-konjuġi tal-mejjet. L-‘eżekutur’ jew ‘amministratur’ jiġi awtorizzat biex jieħu ħsieb il-proprjetà u jqassam l-assi fost l-eredi u l-legatarji.

Il-proprjetà ta’ persuna mejta hi amministrata minn dan ir-rappreżentant personali. Ir-rappreżentant personali

  • iħallas id-djun tal-mejjet
  • u jqassam l-assi u jittrasferixxi l-proprjetà lill-benefiċjarji.

Għaldaqstant, m’hemmx bżonn ta’ aċċettanza tas-suċċessjoni. Madankollu, benefiċjarju ta’ sehem intestat jista’ jiċħad is-sehem tiegħu f’wirt mingħajr testment.
L-eredi jistgħu jagħmlu talba waħda biss kontra l-amministratur, fuq il-valur nett tal-ishma rispettivi tagħhom fil-proprjetà, li tkun ġiet f’idejn l-amministratur. Għal din ir-raġuni, l-eredi ma jkunx responsabbli għad-djun tal-mejjet. Għaldaqstant, f’Ċipru ma teżistix limitazzjoni possibbli dwar ir-responsabbiltà/aċċettanza taħt il-benefiċċju tal-inventarju.