Liema hi l-liġi applikabbli ? Nista’ nagħżel liema liġi tapplika għas-suċċessjoni tiegħi ?

L-aħħar aġġornamenti: 10/1/2012

Il-liġi applikabbli għas-suċċessjoni hi l-liġi tal-pajjiż li fih il-mejjet kien ċittadin, fiż-żmien tal-mewt tiegħu. Il-liġi Kroata ma tippermetti l-ebda eċċezzjoni għal din il-liġi, fis-sens li wieħed ma jistax jagħżel il-liġi applikabbli għas-suċċessjoni tiegħu.

Il-qrati Kroati għandhom kompetenza esklużiva meta l-mejjet ikun ċittadin barrani u jkollu l-proprjetà fil-Kroazja.