Liema awtorità hija kompetenti ?
Lil min irrid nindirizza ?

L-aħħar aġġornamenti: 10/3/2012

Il-qrati nazzjonali u n-nutara tal-liġi ċivili huma kompetenti biex jieħdu ħsieb is-suċċessjonijiet fil-Kroazja.

Meta qorti tirċievi ċertifikat tal-mewt, jinbdew il-proċeduri tal-wirt u l-qorti titrasferixxi l-fajls tal-wirt lin-nutara tal-liġi ċivili li – bħala kummissjonarji tal-qrati – imexxu l-proċeduri tal-wirt u jagħtu deċiżjonijiet (jekk il-partijiet kollha jaqblu u ma jkunx hemm kwistjonijiet ikkontestati). Meta jkun hemm diskrepanza fl-isfond fattwali, i.e. id-determinazzjoni tal-eredi jew il-proprjetà, in-nutara tal-liġi ċivili mbagħad jgħaddu l-fajl lill-qrati biex jikkonkludu l-proċeduri tal-wirt.

Għandek tikkuntattja qorti muniċipali u nutar tal-liġi ċivili kif deskritt hawn fuq.