Limiti għal-libertà li wieħed jiddisponi minn ġidu b’testment (ishma riservati)

L-aħħar aġġornamenti: 10/1/2012

Il-liġi Kroata tiggarantixxi d-dritt għal sehem riservat fil-każ meta t-testatur ikun ħalla testment.

X’inhu l-valur ta’ kull sehem riservat/l-ishma riservati meta mqabbla mal-valur tas-suċċessjoni totali?

Għad-dixxendenti tat-testatur (inklużi dixxendenti adottati) u l-konjuġi tiegħu, is-sehem riservat jirrapreżenta nofs il-parti li eredi jiret b’mod regolari skont il-liġi, f’każ meta t-testatur ma jkunx ħalla testment.

L-antenati tat-testatur (ġenituri, ġenituri adottivi u antenati oħra) jirtu s-sehem riservat ta’ terz tal-patrimonju li normalment jirtu (jekk ikunu inkapaċi b’mod permanenti milli jaħdmu u ma jkollhomx manteniment jew il-mezzi neċessarji biex isostnu lilhom infushom biss), jekk imsejħa għas-sehem riservat. Jissejħu għall-patrimonju jekk ma jkunx hemm “eredi bil-liġi” fi kwalunkwe grad ogħla minnhom.

Il-benefiċjarji tas-sehem riservat jistgħu jirrinunzjaw għalih. Kif?

Fir-Repubblika tal-Kroazja hu possibbli li wieħed jirrinunzja għall-wirt (b’mod sħiħ).
L-eredi ma jistax jillimita r-responsabbiltà tiegħu. L-eredi huma b’mod solidali responsabbli għall-ammont tad-djun tat-testatur sal-valur li jkunu wirtu.