Min jiret u kemm fin –nuqqas ta’ testment ?
L-aħħar aġġornamenti: 10/3/2012
Fin-nuqqas ta’ testment, japplikaw il-prinċipji li ġejjin għal diversi xenarji:
- Il-mejjet ma kienx miżżewweġ u ma kellux tfal: Il-ġenituri tal-mejjet jirtu l-proprjetà kollha f’ishma indaqs.
- Il-mejjet ma kienx miżżewweġ u jħalli t-tfal: It-tfal jirtu l-proprjetà kollha f’ishma indaqs.
- Il-mejjet iħalli l-konjuġi: Il-konjuġi superstiti jkun l-eredi waħdieni, fl-assenza ta’ dixxendenti u tal-omm u l-missier tal-mejjet.
- Il-mejjet iħalli l-konjuġi u t-tfal: Il-konjuġi superstiti jkun biss il-koeredi mat-tfal, u jiret l-istess sehem daqs wild wieħed. L-ammont tas-sehem tiegħu jiddependi wkoll fuq ir-reġim ta’ proprjetà matrimonjali, jiġifieri, ir-reġim tar-relazzjonijiet tal-proprjetà bejn il-miżżewġin. Is-sehem ta’ wild li jkun miet diġà jmur għand id-dixxendenti tiegħu per stirpes (rappreżentanza).
Is-sħab fi sħubija rreġistrata jew mhux irreġistrata jirtu?
Sħab tas-sess oppost ma jistgħux jirreġistraw sħubija ċivili, iżda sieħeb/sieħba mhux miżżewweġ għandu l-istess dritt li jiret daqs konjuġi jekk:
a) is-sħubija tkun damet għal ċertu perjodu taż-żmien – mill-inqas 3 snin jew inqas jekk ikun twieled wild f’dik is-sħubija;
b) jekk tkun intemmet bil-mewt ta’ wieħed mis-sħab u
c) il-kundizzjonijiet għall-validità taż-żwieġ ikunu intlaħqu.
Jeżistu sħubiji rreġistrati għal koppji tal-istess sess?
Fir-Repubblika tal-Kroazja, is-sħab tal-istess sess huma legalizzati (Liġi dwar is-sħubiji tal-istess sess, Ġ.U. 116/03), iżda ma jistgħux jirtu lil xulxin. Jistgħu japplikaw għal manteniment mingħand xulxin u jistgħu jirregolaw l-assi tagħhom.


