Kif jiġi stabbilit testment u nista’ nirreġistrah ?
L-aħħar aġġornamenti: 10/3/2012
Kull min jixtieq li jagħmel testment għandu josserva forom speċifiċi ta’ testmenti pubbliċi u testmenti privati.
Testmenti pubbliċi huma mfassla minn nutar tal-liġi ċivili, minn qorti muniċipali jew mill-korpi konsulari.
Testmenti privati huma testmenti olografiċi, miktuba bl-idejn u ffirmati mit-testatur u testmenti allografiċi jew bix-xhieda, li m’għandhomx bżonn li jinkitbu bl-idejn mit-testatur iżda għandhom ikunu ffirmati mit-testatur u minn żewġ xhieda.
Finalment, l-aħħar tip ta’ testment privat hu t-testment verbali, aċċettat taħt ċirkostanzi straordinarji.
F’sitwazzjoni transfruntieri, testment ikun, bħala prinċipju, validu jekk jikkorrispondi mal-liġi tal-istat li fih jitħejja t-testment. L-ebda forma regolatorja barranija ma tista’ titqies li tmur kontra l-ordni pubbliku jew il-kontenut tar-regoli mandatorji.
Fil-Kroazja, hemm reġistru tat-testmenti? Jekk iva, x’awtorità għandu r-reġistru u kif jiġi rreġistrat testment fih?
Jeżisti Reġistru Kroat tat-Testmenti amministrat min-notarjat: il-Kamra tan-Nutara tal-liġi ċivili Kroata, Radnička cesta 34, HR-10000 Zagreb.
Nutara tal-liġi ċivili, imħallfin, avukati, korpi konsulari u persuni privati li għamlu t-testment tagħhom, jistgħu jirreġistraw testmenti fir-reġistru. Testmenti ta’ kull forma jistgħu jiġu rreġistrati iżda r-reġistrazzjoni mhijiex mandatorja. Iċ-ċittadini barranin ma jistgħux jirreġistraw it-testmenti tagħhom fir-reġistru. Fir-reġistru, huma possibbli tneħħijiet, revoki u emendi oħra.
Ir-reġistru tat-testmenti għandu jiġi vverifikat fiż-żmien meta jitwettqu l-proċeduri tas-suċċessjoni. L-iżvelar ta’ testment hu legalment mandatorju.
L-eżistenza ta’ testment tibqa’ sigrieta matul il-ħajja tat-testatur. Mhuwiex neċessarju li wieħed jipprovdi ċertifikat tal-mewt biex jitwettaq tiftix fir-reġistru peress li l-proċedura tal-wirt tinbeda mill-qorti. Quddiem il-qorti, għandha tiġi pruvata l-mewt.


