Meta u kif wieħed isir werriet ?

L-aħħar aġġornamenti: 10/3/2012

Fil-mument tal-ftuħ tas-suċċessjoni (jiġifieri, mal-mewt tal-mejjet), il-proprjetà tal-patrimonju jaqa’ direttament fuq l-eredi skont il-liġi.

Persuna li tkun kisbet id-drittijiet tal-wirt mal-mewt tal-mejjet, jew permezz ta’ testment jew permezz tad-dispożizzjonijiet tal-liġi, titqies bħala eredi.

L-eredi jkun meħtieġ biex jitwettqu l-proċeduri tal-wirt, li jispiċċaw b’deċiżjoni valida fuq il-wirt, u biex jiġu determinati: il-wirt, l-eredi, l-ishma tagħhom, u jekk id-drittijiet tal-wirt tagħhom humiex limitati jew imħollija lilhom. (Jekk jogħġbok ara l-aħħar sentenza tat-tweġiba 4).

M’hemmx bżonn ta’ aċċettanza espliċita tal-wirt. Il-patrimonju jaqa’ fuq l-eredi anke mingħajr l-aċċettanza tiegħu, sakemm l-eredi ma jirrinunzjax il-wirt fil-perjodu taż-żmien tad-dewmien statutorju, i.e. sakemm tiġi stabbilita d-deċiżjoni tal-wirt tal-ewwel istanza.