Min jiret u kemm fin –nuqqas ta’ testment ?

L-aħħar aġġornamenti: 10/3/2012

Fin-nuqqas ta’ testment, il-prinċipji li ġejjin japplikaw fil-każijiet differenti :

* Jekk il-mejjet ma kienx miżżewweġ u ma kellux ulied, il-ġenituri jirtu jew min minnhom ikun għadu ħaj (art.6 liġi tas-suċċessjoniijiet). Jekk il-mejjet ħalla biss dixxendenti tat-tieni grad jew ta’ grad superjuri, jirtu f’partijiet indaqs, dawk li għandhom l-eqreb grad (art.7 tal-liġi tas-suċċessjonijiet). Meta l-mejjet iħalli biss l-aħwa, dawn jirtu f’partijiet indaqs (art.8, al.1 tal-liġi tas-suċċessjonijiet). Meta l-mejjet iħalli biss l-aħwa, kif ukoll axxendenti tat-tieni grad jew ta’ grad superjuri, tal-ewwel jirċievu 2/3 mis-suċċessjoni filwaqt li l-axxendenti jirċievu terz minnha (art.8. al.2 tal-liġi tas-suċċessjonijiet). * Jekk il-mejjet, mhux miżżewweġ, iħalli l-ulied, dawn jirtu f’oartijiet indaqs (art. 5, al. 1 tal-liġi tas-suċċessjonijiet). Il-parti ta’ wild li jkun miet qabel tmur għand id-dixxendenti tiegħu (rappreżentazzjoni). * Jekk il-mejjet iħalli l-konjuġi superstiti u ma jkollux ulied, axxendenti, aħwa jew dixxendenti tagħhom, il-konjugu jiret is-suċċessjoni kollha (art.9 tal-liġi tas-suċċessjonijiet). * Jekk il-mejjet iħalli -konjuġi superstiti u l-ulied, il-konjugu jiret f’partijiet indaqs flimkien mal-ulied (art.9, al.1 tal-liġ tas-suċċessjonijiet).

Il-partners f’partnership irreġistrata jew mhux irreġistrata għandhom dritt għas-suċċessjoni ?

Il-partners ta’ partnership li mhuwiex irreġistrat – ladarba l-liġi Bulgara ma tagħrafx il-partnerships irreġistrati – għandhom jaħsbu biex iħallu l-beni tagħhom lill-partner l-ieħor f’testment, ladarba mhumiex il-werrieta legali.