Kif jiġi stabbilit testment u nista’ nirreġistrah ?
L-aħħar aġġornamenti: 10/3/2012
It-testmenti jistgħu jitfasslu b’mod olografu (=miktub kollu kemm hu bl-idejn mit-testatur u ffirmat minnu) jew jiġu rċevuti f’għamla awtentika minn nutar fil-preżenza ta’ żewġ xhieda. Fil-każ ta’ suċċessjonijiet internazzjonali, il-parir u l-awtentifikazzjoni tan-nutar huma importanti ħafna.
F’sitwazzjoni transkonfinali, teoretikament, testment huwa validu jekk jikkonforma mal-liġi tal-Istat fejn tfassal it-testment, mal-liġi tan-nazzjonalità tal-mejjet jew ma’ dik tal-pajjiż fejn kellu r-residenza tiegħu fil-ħin tal-mewt tiegħu. Barra minn hekk, f’dak li għandu x’jaqsam mal-proprjetà tal-beni immobbli, testment huwa validu wkoll jekk jikkorrispondi mal-liġi tas-sitwazzjoni tal-beni immobbli.
B’segwitu għall-emenda tar-Regolament tar-reġistrazzjoni tal-1 ta’ Jannar 2001, partijiet mit-testmenti diġà miftuħa li jittrattaw il-proprjetà tal-beni immobbli u l-liġijiet reali huma rreġistrati.


