Meta u kif wieħed isir werriet ?
L-aħħar aġġornamenti: 10/3/2012
Is-suċċessjoni hija devoluta lill-werriet meta dan jaċċetta s-suċċessjoni. Din l-aċċettazzjoni tista’ tkun taċita. Pereżempju, huwa biżżejjed li l-werriet ikollu l-beni tas-suċċessjoni.
Fit-teorija, il-werriet huwa responsabbli mid-djun tal-mejjet. Madankollu, il-werriet jista’ jillimita r-responsabbiltà tiegħu billi jaċċetta s-suċċessjoni taħt il-benefiċċju ta’ inventarju. F’dan il-każ, għandu jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-qorti (fejn seħħet il-mewt) fi żmien tliet xhur minn meta l-werriet sar jaf bil-ftuħ tas-suċċessjoni. Din l-iskadenza tista’ tittawwal mill-qorti sa tliet xhur addizzjonali.


