Liema awtorità hija kompetenti ?
Lil min irrid nindirizza ?
L-aħħar aġġornamenti: 10/1/2012
L-awtoritajiet Belġjani huma kompetenti biex jirregolaw it-totalità tas-suċċessjoni meta l-aħħar residenza tal-mejjet kienet fil-Belġju. Min-naħa l-oħra, mhumiex kompetenti għall-proprjetà tal-beni immobbli li jinsabu barra mill-pajjiż.
Fil-Belġju, is-suċċessjoni ġiet devoluta awtomatikament mingħajr proċedura. Madankollu :
- It-tribunal jintervjeni f’każ ta’ qsim ta’ suċċessjoni kkontestata jew f’każ ta’ ċertu qsim bonarju.
- In-nutar jistabbilixxi d-dikjarazzjoni tas-suċċessjoni li tiġi mitluba mill-awtoritajiet finanzjarji.
Bħala speċjalist tal-liġi suċċessorjali u tas-sistemi matrimonjali, ir-rikors għand nutar huwa suġġerit bil-qawwa, partikularment meta l-mejjet iħalli kuntratt taż-żwieġ jew testment, jew meta s-sitwazzjoni patrimpnjali u finanzjarja tiegħu tkun kumplessa. Il-werrieta jagħżlu liberament lin-nutar imsejjaħ biex jitratta s-suċċessjoni. F’każ ta’ likwidazzjoni kontenzjuża u fil-każ ta’ ċerti likwidazzjonijiet bonarji (ngħidu aħna, wieħed mill-werrieta jkun inkompetenti), l-intervent ta’ nutar ikun saħansitra obbligatorju.


