Min jiret u kemm fin –nuqqas ta’ testment ?

L-aħħar aġġornamenti: 10/1/2012

  • Jekk il-mejjet ma kienx miżżewweġ u ma kellux ulied, l-axxendenti u l-kollaterali privileġġjati (l-aħwa) jirtu l-ewwel. Il-missier u l-omm jirċievu kwart kull wieħed filwaqt li l-aħwa jieħdu l-bqija. Jekk wieħed mill-ġenituri jew it-tnejn ikunu mejta, il-parti tagħhom tmur għand l-aħwa. Fin-nuqqas tal-axxendenti u tal-aħwa, is-suċċessjoni tinġabar nofs mill-ġenituri tan-naħa materna u n-nofs l-ieħor mill-ġenituri tan-naħa paterna (zijiet u kuġini).
  • Jekk il-mejjet, mhux miżżewweġ, iħalli l-ulied, dawn jeskludu l-membri l-oħra kollha tal-familja. Huma jaqsmu s-suċċessjoni fi proprjetà u f’partijiet indaqs. Madankollu, jekk wild ikun miet qabel u jħalli d-dixxendenti, dawn ikun imisshom is-suċċessjoni bħala rappreżentanti tal-wild li jkun miet qabel.
  • Jekk il-mejjet iħalli l-konjuġi superstiti u l-ulied, il-konjuġi superstit jiġbor l-użufrutt (id-dritt għall-użu ta’ oġġett u l-perċezzjoni tal-frott tiegħu) fuq it-totalità tal-beni li jiffurmaw il-wirt. L-ulied jirtu ndaqs mill-proprjetà legali. Il-parti ta’ wild li jkun miet qabel tiġi devoluta għad-dixxendenti tiegħu jew tagħha (rappreżentazzjoni).
  • Jekk il-mejjet iħalli warajh l-konjuġi superstiti u ma jħallix tfal, il-konjuġi superstiti jsir l-uniku ereditarju, u jekk mhux hu jmiss lid-dixxendenti u l-axxendenti u lill-qraba kollaterali tal-mejjet sar-raba’ grad (il-kuġini). Fil-preżenza ta’ dawn tal-aħħar, il-konjuġi superstitijirċievi l-użufrutt filwaqt li l-werrieta l-oħra jieħdu l-proprjetà legali. Il-parti li jirċievi il-konjuġi superstiti tiddependi wkoll mis-sistema matrimonjali li fiha kienu żżewġu l-konjuġi.
  • Jekk il-mejjet iħalli warajh persuna li magħha jkollu partnership irreġistrata ? Il-forma ta’ partnership irreġistrata li tagħraf il-Belġju hija “il-koabitazzjoni legali”. Il-koabitant legali li jibqa’ ħaj għandu bħala dritt għas-suċċessjoni l-użufrutt tal-beni immobbli użata matul il-ħajja komuni fir-residenza komuni tal-familja, kif ukoll tal-beni mobbli ta’ magħhom. Madankollu, il-koabitant legali li jibqa’ ħaj jista’ jiġi miċħud minn dan l-użufrutt b’testment jew b’libertajiet inter vivos bi profitt għal persuni oħrajn.
  • Jekk il-mejjet iħalli partner li miegħu ma kellux partnership irreġistrata – koabitazzjoni ħielsa (unjoni de facto, mhux irreġistrata) ? Le l-partner jista’ jiret biss fil-każ li l-mejjet ikun ħaseb għal dan b’testement. Il-liġi Belġjana ma tagħtih l-ebda dritt ta’ suċċessjoni ex officio.