Kif jiġi stabbilit testment u nista’ nirreġistrah ?
L-aħħar aġġornamenti: 10/1/2012
Il-liġi Belġjana tagħraf fost l-oħrajn l-għamliet ta’ testmenti illi ġejjin : it-testment awtentiku jew it-testment bin-nutar, it-testment olografu (li għandu jkun miktub, iddatat u ffirmat mit-testatur biss) u t-testment internazzjonali.
F’sitwazzjoni transkonfinali, testment huwa validu fil-Belġju jekk jikkonforma mal-liġi tal-post fejn twettaq ( ʺlocus regit actumʺ ).
In-nutar, li jirċievi testment awtentiku jew internazzjonali jew li jiġi sottomess għandu testment miktub bl-idejn, huwa obbligat li jirreġistra dan tal-aħħar fir-Reġistru Ċentrali tad-Dispożizzjonijiet tal-Aħħar Testment, immexxi mill-Federazzjoni Irjali tan-Nutara tal-Belġju. Għat-testmenti miktuba bl-idejn sottomessi għand nutar, it-testatur jista’ jirrifjuta r-reġistrazzjoni tat-testemnt tiegħu f’dan ir-reġistru.
In-nutar, li jirċievi t-testment jew li jiġi mressaq testment għandu, huwa obbligat li jirreġistra dan tal-aħħar fir- reġistru ċentrali tad-dispożizzjonijiet dwar l-aħħar rieda, ġestita mill-Federazzjoni Rjali Belġjana tan-Nutara.


