Liema awtorità hija kompetenti ?
Lil min irrid nindirizza ?

L-aħħar aġġornamenti: 10/1/2012

Il-proċedura ta’ suċċessjoni taqa’ taħt il-qorti disrettwali ( ‘Bezirksgericht’ ) tad-distrett li fih il-mejjet kellu l-post tar-residenza tiegħu.

L-awtoritajiet Awstrijakki huma kompetenti għall-proprjetà kollha li tinsab fl-Awstrija, jekk tkun il-proprjetà ta’ ċittadini Awstrijakki. Huma kompetenti għal proprjetà ta’ ċittadini barranin, sakemm il-proprjetà tkun tinsab fit-territorju Awstrijakk u li, f’każ ta’ proprjetà mobbli, il-post ta’ residenza abitwali taċ-ċittadin barrani, fiż-żmien tal-mewt tiegħu, ikun fl-Awstrija. Fuq talba tal-eredi, l-awtoritajiet Awstrijakki huma kompetenti wkoll għal oġġetti mobbli li jinsabu barra l-pajjiż, sakemm dawn l-oġġetti mobbli jkunu proprjetà ta’ ċittadin Awstrijakk li l-post tar-residenza abitwali tiegħu, fiż-żmien tal-mewt tiegħu, kienet l-Awstrija.

Oġġetti immobbli li jinsabu barra l-pajjiż ma jaqgħux taħt il-kompetenza tal-awtoritajiet Awstrijakki.

Il-proċedura hi proċedura ġudizzjarja ( ‘Verlassenschaftsverfahren’ ) li hi awtomatikament introdotta mill-qorti distrettwali tal-post tar-residenza tal-mejjet meta tiġi notifikata bil-mewt. Titwettaq min-nutar bħala kummissjonarju li jaġixxi għan-nom tal-qorti. Il-proċeduri legali jintemmu b’ordni.